“Tgħallimt mill-iżbalji tiegħi u wasalt fejn xtaqt” – John Bundy

Kien bħal-lum 48 sena li l-preżentatur John Bundy mess għall-ewwel darba max-xandir f’Malta. Illum Bundy għażel li jaqsam il-memorji tal-ewwel darba tiegħu.

“Kien fl-1972 meta David Azzopardi għalliem tiegħi fil kulleġġ Missjunarju ta’ San Pawl kien għażilni sabiex nipparteċipa fi programm għat tfal fuq Television Malta bl-isem ta’ Studio għat-Tfal,” beda biex jgħid waqt li żied li minn dak inhar qatt ma’ ħares lura.

“Tgħallimt mill-iżbalji tiegħi u wasalt fejn xtaqt. It-triq qatt ma’ kienet faċli u lanqas qatt ser tkun, imma sakemm temmen fik innifsek u tkun determinat tasal żgur,” żied jgħid hu fuq il-paġna tiegħu ta’ Facebook.

“Fl-1987 dħalt b’ruħi u b’ġismi għal din il-karriera li tatni l-akbar sodisfazzjonijiet f’ħajti u li permezz tagħha ltqajt ma’ ħafna nies differenti u li mingħandhom tgħallimt ħafna.” qal hu waqt li kiteb ukoll fwar okkażjonijiet fejn kien hemm min għamillu l-bsaten fir-roti.

“Il-malafami wassluni sabiex ngħaraf min huma l-ħbieb, it-tajjeb mill-ħażin u nkun aktar b’saħħti,” kompla jikteb waqt li rringrazzja lil bosta djar tal-produzzjoni li ħadem amgħhom tul is-snin.

Apparti ringrazzjamenti personali lill-persuni l-aktar qrib tiegħu matul is-snin, Bundy għamel messaġġ lil David Azzopardi.

Davdi Azzopardi

“Grazzi kbira lil David Azzopardi talli emmen fija u 48 sena ilu tagħni l-opportunità li niżbroffa f’dak li nħobb, David ma’ ninsik qatt. Grazzi ta’ kollox.”

Awguri lil Bundy għal aktar snin fix-xandir.