Tgħaddix u tipparkjax hawn nhar il-Ħadd…

Il-Kummissarju tal-Pulizija qed javża li t-traffiku mhux se jkun jista' jgħaddi minn dawn it-toroq fil-Gudja nhar il-Ħadd li ġej. 
Il-Ħadd bejn it-8am u s-1pm lanqas jistgħu jiġu pparkjati karozzi fi Triq Raymond u Triq il-Kbira. 
Il-karozzi li jkunu pparkjati f'dawn il-ħinijiet jiġu rmunkati.