Tgħaddix minn dawn it-toroq f’Ħal Għaxaq għada

Il-Pulizija qiegħda tavża li tliet toroq f’Ħal Għaxaq se jkunu magħluqin għall-karozzi nhar l-Erbgħa li ġej.

Fil-15 ta’ Mejju, bejn id-9.30am u 12pm, ma jistgħux jiġu pparkjati karozzi fi Triq Santa Marija, Pjazza Santa Marija u Vjal il-Labour. Il-Pulizija avżat li kull karozza pparkjata f’din iż-żona fil-ħin stipulat se tiġi rmunkata.