Tgħaddix bil-karozza minn hawn nhar il-Ħadd li ġej!

Il-Kummissarju tal-Pulizija qed jinforma lill-pubbliku sabiex nhar il-Ħadd li ġej ma jipparkjax u ma jagħmilx użu minn Triq il-Parroċċa u l-Pjazza tal-Knisja fl-Imqabba.

Fi stqarrija ġie spjegat li l-karozzi kollha li jinstabu pparkjati f’dawn il-postijiet bejn id-9am u s-1pm se jiġu rmunkati.