“Tgħaddi mill-istadju ta’ Kumitat l-abbozz dwar il-produzzjoni tal-kannabis mediċinali”

Il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne ħabbar li l-abbozz favur il-kannabis għal skopijiet mediċinali għadha kemm għaddiet mill-Kumitat għall-Konsiderazzjoni tal-Abbozzi tal-Parlament.

https://platform.twitter.com/widgets.js

Fl-aħħar ġimgħat, l-abbozz ta’ liġi kien qed jiġi diskuss fil-Parlament.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia kien qal li l-abbozz ta’ liġi dwar il-produzzjoni tal-kannabis għal skopijiet mediċinali ma joffri l-ebda garanzija biex ikun żgurat li Malta ma tmurx għall-produzzjoni tal-kannabis għal skopijiet ta’ rikreazzjoni.
Riċentament, il-Ministru għall-Ekonomija Chris Cardona ħabbar li l-Malta Enterprise kienet qed tevalwa proposti minn tliet kumpaniji għall-produzzjoni tal-kannabis mediċinali, b'investiment li jlaħħaq is-€57 miljun u li se jiġġenera 350 impjieg.
Min-naħa tiegħu, il-Prim Ministru Joseph Muscat kien sostna li dan il-pass huwa l-futur li qed jiġri madwar Malta u nsista li wasal iż-żmien li Malta tagħżel jekk għandhiex taħtaf l-opportunità fis-suq biex tibda tipproduċi u tqassam lill-pajjiżi differenti.