Tgerger kontra x-xufiera? Huma jgergru ħafna aktar fuqek

Mit-tagħrif li ħareġ fil-Parlament ilbieraħ filgħaxija rriżulta li l-Ministeru għat-Trasport irċieva iktar rapporti mingħand ix-xufiera tal-karrozzi tal-linja b’ilmenti li ġew aggrediti, insultati, mhedda u anke msawta minn passiġġieri, milli rċieva ilmenti mill-passiġġiera dwar dan.
Il-Ministru għat-Trasport qal li s-sena l-oħra biss, l-ilmenti mix-xufiera kienu 71, żieda ta’ 20 ilment fuq is-sena ta’ qabel, imqabbla mat-13-il ilment imressaq mill-pubbliku.
L-ilmenti tal-pubbliku wkoll żdiedu s-sena li għaddiet mid-disgħa tas-sena 2016.