Tgerfixx lill-pustier; Iċċekkja n-numru tal-bieb

Is-Sezzjoni tal-Immaniġġjar tal-Indirizzi fi ħdan l-Uffiċċju Elettorali biddlet aktar numri ta' bibien
Din id-darba kien imiss lil:

  • Triq Patri Taddew Schembri, Ħaż-Żabbar u
  • Triq Dun Karm Azzopardi, Ħad-Dingli

Il-bibien f’dawn it-toroq ingħataw uffiċjalment numri ġodda.
L-avviż ġie ppubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern tad-19 ta’ Jannar, 2018, u jidher ukoll fil-website tal-Kummissjoni Elettorali (www.electoral.gov.mt) taħt is-sezzjoni Pubblikazzjonijiet. Ir-residenti huma mfakkra li huma fl-obbligu tal-liġi li jwaħħlu n-numri l-ġodda u jneħħu n-numri l-qodma sa għaxart ijiem mid-19 ta’ Jannar, 2018.