Filmat: Tfittxija għal katavru fil-baħar fil-Qawra

Qed issir tfittxija għal katavru li ntlemaħ fil-baħar fiż-żona magħrufa bħala ta’ Fra Ben fil-Qawra.

Kelliem għall-Forzi Armati ta’ Malta qal ma’ Newsbook.com.mt li l-AFM qed tfittex għal katavru f’dik iż-żona. Qal li r-rapport daħal għall-ħabta tas-1.10 pm.

Kelliem għall-Pulizija qal ma’ Newsbook.com.mt li uffiċċjali tal-Pulizija għamlu tfittxija mal-art iżda ma sabu xejn.

Fit-tfittxija qed jieħdu sehem bastiment, ħelikopter, u ajruplan tal-AFM. Kien hemm ukoll xi bugħaddasa.

Skont il-Pulizija, sas-7.30 pm, it-tfittxija kienet għadha għaddejja.