Tfittxijiet fid-dar tat-tabib ta’ Maradona fuq suspett ta’ negliġenza

Read in English.

Il-Pulizija Arġentina qed tissuspetta li jaf kien hemm negliġenza li wasslet għall-mewt tal-plejer tal-futbol Diego Armando Maradona. Il-plejer miet erbat ijiem ilu.

Il-ġurnal Ingliż BBC irrapporta li l-Pulizija wettqet tfittxijiet fid-dar u fil-klinika privata tat-Tabib Leopoldo Luque sabiex tipprova tistabbilixxi kienx hemm negliġenza fit-trattament tal-plejer tal-futbol meqjus bħala ikona fid-dinja tal-futbol.

Maradona kellu 60 sena meta miet b’attakk tal-qalb ġo daru fi Buenos Aires.

L-aħbar tal-mewt tal-plejer
Imut Diego Armando Maradona

It-tfal ta’ Maradona jridu jkunu jafu x’mediċina kien qed jieħu missierhom.

Dan ix-xahar stess, Maradona wettaq operazzjoni serja li kienet ta’ suċċess.