Tfittxija intensiva għal raġel li prova jistupra tifla ta’ 10 snin

Il-Pulizija għaddejja bi tfittxija intensiva għal agressur li agredixxa tifla ta’ 10 snin u prova jistupraha f’Manchester.
It-tifla kuraġġuża rnexxielha taħrab minn taħt id l-agressur qabel ma ltaqgħet ma’ raġel li kien miexi bil-kelb tiegħu u talbitu jgħina llum tard wara nofsinhar.
It-tifla ddeskriviet lill-agressur tagħha bħala raġel Asjatiku, irqieq u liebes ġakketta skura.
It-tfittxija qed tintensifika hekk kif aktar uffiċjali qed jgħinu fl-investigazzjoni biex jinstab ir-raġel mill-aktar fis.
Il-Pulizija Ingliża kkonfermat mal-midja internazzjonali li ma rċevieta rapporti oħra ta’ dan it-tip f’dawn il-jumejn u li t-tfittxija se tkompli tintensifika fil-jiem li ġejjin sakemm jinstab ir-raġel, filwaqt li qed tkun eżaminata kull traċċa minn xhieda li rawh sa filmati ta’ kameras tas-sigurtà fit-toroq.