Tfittxija għal tifla Irlandiża ta’ 15-il sena li għebet fil-Malasja

REUTERS/Lim Huey Teng

Il-Pulizija fil-Malasja bħalissa tinsab għaddejja b’ħidma intensiva sabiex tinstab tifla Irlandiża ta’ 15-il sena li sparixxiet minn resort viċin Kuala Lumpur fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet.

Il-familja ta’ Nora Anne Quoirin qalet lill-Pulizija li t-tifla għebet minn kamritha l-Ħadd filgħodu wara li waslet fir-resort magħruf bħala Dusun Pantai Hill viċin ir-raħal ta’ Seremban is-Sibt. Intant, l-ambaxxata Irlandiża fi Kuala Lumpur qed tipprovdi assistenza konsulari lill-familja ta’ Quoirin.