Aġġornata: Tfittxija għal tifel taħt l-età li deher isuq karozza

Il-Pulizija llum waranofsinhar irċeviet rapport li tifel taħt l-età kien qed isuq karozza.
Kelliema għall-Pulizija qalet ma' Newsbook.com.mt li malli rċevew ir-rapport bdew jagħmlu r-rondi fl-inħawi ta' Blata l-Bajda u l-Hamrun.
Kompliet tgħid li l-persuna li kienet qed issuq karozza kien żagħżugħ li għandu 18-il sena jew iktar. Minkejja dan għadha mhix f'pożizzjoni li tikkonferma jekk għandux il-liċenzja tas-sewqan u d-dokumenti kollha neċessarji.


Persuni fuq il-post qalu ma' Newsbook.com.mt li raw karozza tal-pulizija ssuq b’veloċità wara l-karozza inkwistjoni.
Ilbieraħ ma' Newsbook.com.mt,  l-Ispettur Pier Gwido Saliba appella lill-ġenituri għal iktar maturità, biex jieħdu ħsieb lil uliedhom filwaqt li jżommuhom 'il bogħod minn ċerti perikli.