Tfittxija għal suċċessur għal wara Merkel bħala Kanċillier Ġermaniż

Annegret Kramp-Karrenbauer, an outgoing leader of Germany's Christian Democratic Union (CDU), speaks during a news conference after a board meeting at the party’s headquarters in Berlin, Germany, February 10, 2020. REUTERS/Hannibal Hanschke

Read in English.

Il-Kap tal-Partit CDU fil-Ġermanja, Annegret Kram-Karrenbauer, ħabbret li mhux se tikkontesta l-elezzjoni bħala kanċillier Ġermaniż, fl-elezzjonijiet federali s-sena d-dieħla. Hija żiedet li se tibqa’ kap tal-partit sakemm jinstab kandidat ieħor.

Hija ħabbret li se tibqa’ Ministru tad-Difiża sa tmiem din il-leġiżlatura, li tintemm fil-ħarifa tal-2021. Hija qalet li ma temminx li d-deċiżjoni tagħha se tħalli impatt fuq l-istabilità tal-koalizzjoni mmexxija minn Angela Merkel.