Tfittxija għal persuna oħra b’rabta mat-theddida ta’ bomba fuq il-Gozo Channel

Il-Pulizija qed tfittex mara, allegatament is-sieħba tar-raġel li għamel it-theddida ta’ bomba fuq il-Gozo Channel.
Sorsi infurmati qalu dan ma’ Newsbook.com.mt wara s-smigħ tal-kawża fil-Qorti dalgħodu.
Il-Prosekuzzjoni talbet li l-akkużat ma jingħatax il-libertà proviżorja peress li hemm persuna oħra li trid tiġi investigata b'rabta ma' dan il-każ.
L-akkużat ingħata l-libertà proviżorja fuq garanzija personali ta' €20,000.
Fit-8 ta' Mejju, is-servizz kien ġie sospiż sabiex isiru t-tfittxijiet fuq il-vapur Gaudos fiċ-Ċirkewwa u fuq il-vapur Ta' Pinu fil-Port tal-Imġarr.