Aġġornata: Gravi ż-żagħżugħ li waqa’ fil-Wied tax-Xlendi

Żagħżugħ Franċiż ta' 32 sena ttella' mill-Wied tax-Xlendi wara li waqa' waqt li kien qed jagħmel abseiling.
L-inċident seħħ ftit wara l-5pm fl-inħawi magħrufa bħala Dar il-Fekruna.
Għal xi ħin iż-żagħżugħ ma setax jinstab.
Huwa nstab li qed isofri ġrieħi gravi wara li ttella' b'ħelikopter tal-Forzi Armati ta' Malta ttieħed l-Isptar Mater Dei.
Iż-żagħżugħ kien akkumpanjat minn żagħżugħ ieħor.
Fuq il-post marru wkoll il-Pulizija u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.
Ritratti: Michael Bajada