Tfittxija għal persuna li seraq anzjana f’San Ġiljan

Read in English.

Il-Pulizija għaddejja bi tfittxija għal persuna li seraq lil anzjana f’San Ġiljan. L-identità tal-allegat ħalliel għadha mhix magħrufa.

Kelliema għall-Pulizija kkonfermat ma’ Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ għall-ħabta tal-4.30pm u l-Pulizija għadhom qed ifittxu lill-persuna.

Jidher li l-persuna daħal fir-residenza tal-anzjana li għandha 75 sena u serqilha xi oġġetti. Il-mara ma sofriet l-ebda ġrieħi. Il-Pulizija qalu wkoll li l-allegat aggressur li kien b’rasu mgħottija, sab il-mara u rabatha u beda jqalleb f’diversi kmamar fir-residenza.