Tfittxija għal karozza li setgħet spiċċat fil-baħar

Il-Pulizija ġiet mgħarrfa minn żewġ persuni li meta kienu ħdejn il-breakwater taħt Sant’Iermu raw karozza b’żewġ persuni fiha ħdejn it-taraġ tal-breakwater.
Sakemm marru biex jivverifikaw il-karozza għebet.
Fuq il-post issejħet għall-assistenza tal-Pulizija, tal-membri tal-Protezzjoni Ċivili u tal-Forzi Armati ta’ Malta.
Għaldaqstant, minħabba l-qawwa tal-baħar, l-għaddasa tal-Forzi Armati ta’ Malta ma setgħux iwettqu t-tfittxija fil-baħar.
Kemm il-membri tal-Forzi Armati kif ukoll il-membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili qed iwettqu monitoraġġ tas-sitwazzjoni biex titkompla t-tfittxija u jiġi verifikat jekk il-karozza spiċċatx fil-baħar.
Il-Pulizija qed jagħmlu wkoll stħarriġ biex tikkonferma jekk hemmx persuni li ġew irrappurtati nieqsa. 

Ritratt: AFM