Tfittxija għal għaddas li ilu nieqes mill-Ġimgħa

Bħalissa għaddejja tfittxija intensiva fil-bajja tad-Dwejra f’Għawdex għal għaddas li ilu rrappurtat nieqes minn nhar il-Ġimgħa li għadda.

Jidher li l-għaddas hu raġel ta’ 43 sena minn B’Kara.

Suldati tal-Forzi Armati, membri tal-Pulizija u tal-Protezzjoni Ċivili bħalissa qed ifittxuh wara li l-karozza tiegħu nstabet ipparkjata fid-Dwejra. Ġol-karozza jidher li kien fiha ħut li diġ beda jagħmel ir-riħa.

Ritratt: Justin Gatt / AFM