Margaret Spiteri l-mara li ntilfet ilbieraħ filgħaxija nstabet u tinsab id-dar qawwija u sħiħa. It-tifel tagħha, Patrick Spiteri fuq il-profil personali tiegħu fuq Facebook ikkonferma li ommu tinsab lura mal-familja.
Aktar kmieni huwa talab l-għajnuna tal-pubbliku wara li ommu ħarġet filgħodu u ma rritornatx sa filgħaxija.
Żied li din toqgħod San Ġwann u meta ħarġet mid-dar kienet liebsa qalziet iswed u flokk blu.