Tfittxija għal 3 irġiel li serqu minn ħanut tan-nuċċalijiet

Tliet irġiel qed jiġu mfittxija mill-Pulizija wara li ġew irrapurtati li serqu nuċċalijiet tad-ditta minn stabbilimenti f’Tas-Sliema u San Ġiljan.

Optika Opticians ħabret fuq Facebook li l-individwi inqabdu permezz tal-kameras tas-sigurtà. Huma talbu lill-pubbliku biex jagħmlu kuntatt magħhom jekk għandhom iktar informazzjoni.

Kelliema għall-Pulizija qalet li l-każ seħħ fil-31 ta’ Awwissu għall-ħabta tal-4.30pm. Il-kelliema qalet li raġel allegatament daħal f’ħanut f’Triq Ross f’San Ġiljan u seraq nuċċali. Wara seħħet serqa oħra mill-ħanut tal-istess kumpanija f’Pender Gardens.

Attention Sliema & St.Julians retailers, we have identified and reported to the police these individuals caught on camera stealing from our outlets. Please be aware. If anyone has any more info kindly pm us

Posted by Optika Opticians on Sunday, September 2, 2018