Tfittxija għal 2 suspettati għall-attakki makabri fuq iż-żwiemel fi Franza

Il-Pulizija Franċiża qiegħda tfittex lil żewġ suspettati wara li saru aktar attakki makabri fuq iż-żwiemel.

Madwar 40 uffiċjal marru fil-ħelikopter bil-belt Losne, wara li dalgħodu kien hemm attakk ieħor.

Din is-sena għexieren ta’ żwiemel sfaw vittmi ta’ attakki fi Franza, uħud minnhom ittiħdulhom xi organi u oħrajn inqatlu. Il-Pulizija ma tafx għaliex qegħdin isiru dawn ir-reati, u lanqas ma taf jekk hemmx persuna waħda warajhom, jew inkella bdewx minn persuna waħda iżda mbagħad baqgħu jiġu kkupjati minn nies oħra madwar il-pajjiż.