Aġġornata: 5 arrestati fuq droga fil-Ħamrun

Il-Pulizija mill-Iskwadra tad-Droga llum wara nofsinhar wettqet tfittxija intensiva fil-pjazza tal-Ħamrun.
It-tfittxija saret għall-ħabta tan-12.30pm, u saret fuq diversi persuni li dak il-ħin kienu fi Pjazza San Pawl, quddiem l-għassa tal-Pulizija tal-Ħamrun.
It-tfittxija kienet waħda għall-għarrieda.
Kienu arrestati ħames persuni, li l-età tagħhom tvarja bejn id-19 u s-37 sena, li nstabu fil-pussess ta’ sustanzi ssuspettati kannabis u eroina.
Huma nżammu arrestati biex jgħinu fl-istħarriġ relatat mal-pussuss u traffikar ta’ droga fl-imsemmija pjazza.
Ritratti: TVM