Tfittxija fl-istalla

Ritratt: Ivan Borg

Fl-episodju li jmiss ta’ F’Ġieħ l-Imħabba li jixxandar fuq TVM fid-8.50pm se naraw kif baqa’ Giuseppe. X’se jgħidulu wliedu u Elena x’se tagħmel? Se tibqa’ jew se titlaq?

Sergio x’se jgħidlu lil missieru dwar id-droga? U l-pulizija li kien hemm bil-klieb se jsibu xi ħaġa jew le?

Karla tmur tkellem lil Concetta. X’qed tippjana u x’inhu għaddej bejn Federico u Riccardo? Sadanittant Karla tmur tiltaqa’ ma’ Nina. X’riedet mingħandha? X’se tgħidilha Nina? Salvatore jissuġġerixxi li hu u Sergio jmorru jnaddfu l-istalla taż-żiemel qabel ma jnaddafha George. Imma x’se jiġri?

Wieħed minn tas-CID ikellem lil Giuseppe. X’se jitolbu jekk xi darba jkun membru tal-Parlament?

F’Ġieħ l-Imħabba għandu kitba ta’ Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa, bi produzzjoni ta’ Rewind.