Tfittex lir-raġel li wassalha l-isptar wara inċident li ħasad ħajjet ħuha 30 sena ilu

Mara li 30 sena ilu tilfet lil ħuha kawża ta’ inċident fatali f’park tal-ilma lokali qed tfittex lir-raġel li wassalha l-Isptar San Luqa biex tkun viċin ħuha.

David Wellman kien miet fl-età ta’ 17-il sena fl-14 ta’ Awwissu tal-1989 waqt li kien qiegħed fl-uniku park tal-ilma li kien jeżisti f’Malta dak iż-żmien. Fuq Facebook, Alison Grech Wellman qalet li raġel li kien fuq il-post u sema’ x’kien ġara, kien l-unika persuna li offra li jwassal lil oħtha l-isptar hekk kif din ma tħallietx takkumpanja lil ħuha fl-ambulanza.

Grech Wellman spjegat li oħtha tixtieq li terġa’ tagħmel kuntatt mar-raġel qalbieni hekk kif għal xi raġuni li ma ġietx speċifikata, dak iż-żmien ma kienx possibbli li hi tagħmel kuntatt miegħu.