Tfittex il-wens f’Sergio

Carlos Farrugia bħala Sergio f'Giselle

Illejla mit-8.30pm ‘il quddiem fuq l-istazzjon One se jkunu qed jixxandru żewġ puntati oħra mis-sensiela Ġiżelle. Illejla jmiss il-ħames u sitt puntata.

Fl-ewwel episodju tal-lejla, li jiġi l-ħames episodju, se naraw kif ġlieda bejn il-maħbubin twassal biex Christina ma tidħolx id-dar u tispiċċa għand zijuha Sergio. Missierha Luigi jispiċċa mitluf fl-inkwiet għal bintu u ħebb għal Gerome.

Fl-imħabba perfetta ta’ Gail niskopru li mhux kollox ward u żahar u bil-mod il-mod Gail tagħraf illi Claude Micallef għandu ħajja mistura.

Lara Azzopardi u Mark Mifsud f’Ġiżelle

Fit-tieni puntata, li tiġi s-sitt waħda ta’ dan l-ewwel staġun, naraw lil Gail deċiża li taffronta l-qerq ta’ Claude. Iżda hi tispiċċa maħtufa u mitfuha f’dinja sigrieta fejn ta’ bilfors ikollha tiffaċċja vjolenza u abbuż.

Tkompli tiżviluppa l-istorja bejn Christina u Gerome. Naraw kif argument ieħor iwassal lit-tfajla biex tfittex wens għand żijuha Sergio. Iżda jkun f’dawn iċ-ċirkostanzi li t-tfajla tiskopri bosta evritajiet li jbiddlulha l-perspettiva tagħha fuq missierha u fuq il-familha kollha.

Ġiżelle għandu kitba ta’ Evelyn Saliba La Rosa, Abigail Mallia, Rachel Cachia, u Carlo Debattista.