Read in English.
Propju llum fieqet persuna oħra mill-coronavirus hekk kif il-pajjiż daħal fis-sitt jum tiegħu konsekuttiv mingħajr każi ġodda tal-coronavirus.
Dan ħareġ fl-infografika tal-jum mill-Ministeru għas-Saħħa. Ilbieraħ saru 985 swab test.
Fil-pajjiż issa fadal biss erba’ każi attivi tal-coronavirus. Minn meta feġġet il-pandemija, saru total ta’ 109,538 swab test. u nstabu total ta’ 674 persuna pożittiva. Intant, kien hemm 661 persuna li fiqu mill-virus u disa’ persuni mietu.