Tferrax żejt u ħall minn dan il-kontenitur għax fih iċ-ċomb

Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali qed javża li kontenituri taż-żejt u l-ħall tal-istainless steel tad-ditta ‘Malle W. Trusseau’ m’għandhomx jiġu użati minħabba li nstab li fihom ammont elevat ta’ ċomb li jista’ jispiċċa ġol-ikel meta jintuża.

Id-Direttorat qal li qed joħroġ dan l-avviż skont l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Numru 178 tal-2002.

Il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa għal iżjed informazzjoni fuq 2133 7333 mit-8:00 ta’ filgħodu sas-2:30 ta’ waranofsinhar, jew jibgħat imejl fuq mhi@gov.mt.

Il-pubbliku jista’ anke jikkuntattja personalment l-uffiċju tad-Direttorat ġewwa Continental Business Centre, Old Railway Track, Santa Venera jew permezz tal-paġna ta’ Facebook minn dan il-link.