Tfaqqa’ alarm u toħloq paniku fil-Gżira

Blokka ta’ appartmenti fil-Gżira ġiet evakwata l-bieraħ għal ħabta tal-5.30pm meta alarm faqqgħet fit-tlettax -il sular fi Triq Tas-Sliema.

Il-pulizija qalet li minkejja li jissejħu fuq il-post flimkien mal-membri tal-Forzi Armati, ir-residenti tniżżlu isfel bħala prekawzjoni.