Ħalliel li kien parti minn grupp ta’ erba’ min-nies li ppruvaw jisirqu dar li kien fiha tarbija ta’ sentejn għadu maħrub.
Żagħżugħ ieħor li kien parti mill-grupp illum ingħata l-libertà proviżorja mill-Qorti wara li ġie akkużat li pprova jisraq id-dar ta’ min kien iħaddmu.
Fil-Qorti nstema’ kif iż-żagħżugħ ta’ 19-il sena mill-Iklin ġie arrestat wara li ntgħaraf minn filmati tal-kameras tas-sigurtà. Ġie akkużat li pprova jwettaq serqa bi vjolenza. Iż-żagħżugħ kien afdat mill-imgħallem tiegħu, tant li kellu kopja taċ-ċavetta tad-dar tiegħu.
L-akkużat ingħata l-ħelsien mill-arrest fuq garanzija personali ta’ €10,000. Il-Maġistrat qal li l-ħabs, li rrefera għalih bħala “l-università tal-kriminalità” ma kienx post addattat għaż-żagħżugħ. Avżah li kellu biss ċans wieħed miegħu.