“Tfal vulnerabbli biss għandhom jiġu skużati mill-iskola” – il-Kummissarju għat-Tfal

Read in English.

Il-Kummissarju għat-Tfal insistiet li l-attendenza fl-iskola għandha tibqa’ obbligatorja u għaldaqstant ma qablitx mad-deċiżjoni tal-Gvern li l-ġimgħa li għaddiet ħabbar li għas-sena skolastika se titneħħa l-liġi dwar l-iskola obbligatorja.

Fi stqarrija maħruġa mill-uffiċċju tal-Kummissarju għat-Tfal Pauline Miceli ġie enfasizzat li l-liġi tibqa’ kif inhi biex id-dritt tat-tfal għall-edukazzjoni jkun garantit.

Li nipproteġu lill-dawk it-tfal li huma meqjusin bħala vulnerabbli fejn jidħol il-COVID19, huwa importanti u għaldaqstant huma dawn it-tfal biss li għandhom jiġu eżentati milli jattendu l-iskola fiżikament.

L-Uffiċċju stqarr ukoll li kull każ għandu jiġi deċiż għalih wara konsultazzjoni u qbil mal-professjonisti.

L-Uffiċċju jinsab imħasseb dwar x’jista’ jiġri jekk l-attendenza fl-iskejjel ma tibqax obbligatorja. Ġie spjegat kif dawk it-tfal li jgħixu f’sitwazzjonijiet vulnerabbli, partikolarment dawk li diġà ma kienux jattendu l-iskola b’mod regolari qabel il-pandemija, ser ikomplu jaqgħu lura.

Il-konferenza tal-aħbarijiet dwar l-edukazzjoni
Filmat: 10 affarijiet li għandek tkun taf dwar il-ftuħ tal-iskejjel