​Tfal u żgħażagħ f’maratona ta’ 12-il siegħa talb

Għadd ta’ tfal, żgħażagħ kif ukoll ġenituri mistennija jattendu għall-maratona ta’ 12-il siegħa ta’ talb, li se ssir nhar il-Ħadd li ġej fl-Oratorju Sależjan f’Tas-Sliema.
F’din il-maratona, organizzata mis-Sezzjoni tat-Tfal tas-Sależjani, kulħadd hu mistieden li jqatta’ ftit ħin mill-ġurnata quddiem is-Sagrament.
Waqt din il-maratona se jittellgħu wkoll diversi attivitajiet, By the Young to the Young, fil-grawnds ta’ St Patrick’s.  Fost l-oħrajn se jsir ħasil tal-karozzi u bejgħ ta’ kejkijiet filgħodu u tombla u turnament tal-futbol waranofsinhar.
Matul din il-ġurnata mistenni jinbiegħ ukoll il-ktieb Juan, il-Ħalliel tal-Qlub, li jitratta l-istorja ta’ tifel li jista’ jkun mudell għat-tfal kollha.
Il-fondi li se jinġabru se jingħataw lil Puttinu Cares.
L-attivitajiet se jkunu organizzati u animati kollha mit-tfal u ż-żgħażagħ tal-Oratorju li għandhom bejn sebgħa u 14-il sena.  
Matul is-snin, l-Oratorju tas-Sależjani laħaq ħafna tfal u żgħażagħ fosthom dawk bi problem soċjali, li ġej mgħejjuna biex jiġu ffurmati f’insara tajbin u ċittadini onesti.