Tfal u żgħażagħ f’maratona ta’ kilometru u nofs

Madwar 70 parteċipant mill-iSkolasport tal-Kunsill Malti għall-iSports, ħadu sehem f’maratona ta’ kilometru u nofs.

Għal maġġoranza ta’ dawn l-atleti żgħażagħ din kienet l-ewwel esperjenza tagħhom f’maratona.

Id-distanza kienet mix-Xatt f’Tas-Sliema sa’ Manoel Island u lura.