Tfal tal-iskola juru solidarjetà mal-Istrina

Bħalissa qed jinġabru L-Istrina BOV Piggy Banks mill-iskejjel kollha ta’ Malta u Għawdex.
Dik li bdiet bħala kampanja żgħira 14-il sena ilu, issa saret sinonima mal-isforz ta’ L-Istrina u sal-lum, ġew ippreżentati aktar minn EUR 1.3 miljun lil L-Istrina mill-flus miġbura u mid-donazzjonijiet tal-BOV, qal Charles Azzopardi, Kap Eżekuttiv tal-PR u l-Marketing fil-Bank of Valletta.
Għal din il-kampanja, is-Sur Preca żar numru ta’ skejjel madwar Malta u Għawdex biex jippromwovi l-valur tas-solidarjetà, li huwa fil-qalba ta’ din il-kampanja. Huwa rċieva merħba sabiħa fl-iskejjel kollha li żar fejn kellu l-opportunità li jitkellem dwar l-importanza ta’ stil ta’ ħajja b’saħħtu biex jitnaqqas ir-riskju tal-mard u dwar il-valur tas-solidarjetà u tal-għajnuna lill-oħrajn.
Il-fondi miġbura permezz tal-kampanja, flimkien mad-donazzjoni tal-Bank of Valletta se jiġu ppreżentati matul ix-xandira diretta ta’ L-Istrina nhar is-26 ta’ Diċembru, 2017.