Tfal ta’ ġenituri li jpejpu b’riskju akbar ta’ kanċer

Photo: Archives

Adulti li ma jpejpux qegħdin f’riskju għola ta’ mard fil-pulmun jekk il-ġenituri tagħhom kienu jpejpu.

Riċerka turi li t-tipjip passiv fit-tfulija jżid 7 imwiet għal kull 10,000 mewta ta’ persuni li ma’ jpejpux, fis-sena.

Is-Soċjetà Amerikana tal-Kanċer għamlet studju fuq 70,900 raġel u mara li ma jpejpux.

Esperti fil-qasam qalu li l-aħjar mod kif tipproteġi lill-uliedek minn dan it-tip ta’ mard huwa billi ma tpejjipx.

Persuna adulta li tgħix ma’ xi ħadd li jpejjep tista’ ssoffri konsegwenzi oħra relatati ma’ saħħa; bħal mard tal-qalb u  puplesija.

Minn din ir-riċerka ħareġ ukoll li l-effett ta’ tipjip passiv mhux biss iżid iċ-ċans ta’ asthma u żvilupp batut tal-pulmun fit-tfulija. L-effett jippersisti fil-ħajja adulta, u jwassal għall-iżvilupp ta’ mard kroniku ta’ impediment fil-pulmun.