Tfal Netherlandiżi f’kampijiet fis-Sirja; mhux se jgħinhom il-Gvern

FILE PHOTO: REUTERS/Ali Hashisho/File Photo

L-Istat tan-Netherlands m’huwix obbligat biex jgħin lit-tfal tan-nisa li telqu min-Netherlands biex jingħaqdu mal-Istat Iżlamiku. L-ommijiet marru s-Sirja u ħadu lit-tfal tagħhom, u b’hekk it-tfal qed jgħixu f’kundizzjonijiet kiefra f’kampijiet.

Din ħarġet f’Qorti tal-Appell, li biddlet id-deċiżjoni li kienet ttieħdet qabel. Qabel, il-Qorti kienet iddeċidiet li l-Gvern irid jgħin lis-56 tifel u tifla jerġgħu jiġu lura n-Netherlands flok jitħallew fil-kampijiet fis-Sirja.

It-tfal kollha għandhom inqas minn 12-il sena. Ħafna huma iżgħar minn 6 snin. Però, il-Gvern appella fil-Qorti fejn qal li se jkun hemm riskji kbar biex jidħlu uffiċjali fil-kampijiet fis-Sirja biex ifittxu lin-nisa u t-tfal.