Tfal morda bil-kanċer issa jsegwu l-lezzjonijiet online mill-isptar

Puttinu Cares / Facebook

L-għaqda Puttinu Cares qalet li issa, permezz tat-tagħlim online, it-tfal li huma morda bil-kanċer u ma jkunux qegħdin imorru l-iskola qegħdin isegwu t-tagħlim online.

Puttinu Cares kitbet fuq Facebook li dan it-tibdil fis-sistema qed jagħmel differenza kbira lil dawk it-tfal li qegħdin l-isptar.

Minn meta għalqu l-iskejjel f’Marzu li għadda minħabba l-imxija tal-coronavirus, it-tagħlim kollu qed isir online, mill-primarja sal-Università.

L-NGO qalet li tittama li din is-sistema titkompla anke ladarba tgħaddi l-pandemija tal-coronavirus u t-tagħlim jerġa’ jibda jsir fl-iskejjel.

INBIDDLU S-SISTEMA!!Qabel kellna l-esperjenza tal-COVID ma kinetx possibli li tfal morda bil-cancer ikomplu ghaddejjin…

Posted by Puttinu Cares on Thursday, May 7, 2020

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn