Tfal mitlufa wara li waslu fl-Ewropa

Aktar minn 10,000 tifel u tifla refuġjati jista’ jkun li sparixxew wara li waslu fl-Ewropa f’dawn l-aħħar sentejn.
Dan qalitu l-Aġenzija tal-pulizija kontra l-kriminalità fl-Ewropa, il-Europol.
Jidher li gruppi differenti fl-Ewropa qed jittraffikaw lil dawn it-tfal biex jaħdmu ta’ skjavi.
Il-kap tal-Europol qal li 5,000 minnhom jinsabu mitluf fl-Italja filwaqt li l-oħrajn huma mferxin mal-Ewropa kollha.
Din hija l-ewwel darba li l-Europol stmat kemm hawn tfal mitlufa fl-Ewropa kollha u tista’ twassal għall-ħidma aktar intensiva mill-pulizija fil-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea.