Tfal mitlufa: iwaddbulhom provista tal-ikel

Read in English.

Il-Pulizija li bħalissa qed tfittex lit-12-il tifel li għebu flimkien mal-kowċ tagħhom tal-futbol fit-Tajlanda, waddbet pakketti bi provista ta’ ikel, ilma u mediċina minn xaftijiet li ħaffru għal tal-apposta bit-tama li jaslu għand it-tfal.

Huma intilfu ġewwa għar twil mal-10km fit-Tramuntana tat-Tajlandja.

Timijiet tas-salvataġġ minn madwar id-dinja waslu fuq il-post biex jassistu lill-armata u l-pulizija lokali. Il-ħidma ta’ salvataġġ qed issir aktar diffiċli hekk kif ix-xita ma trid tieqaf b’xejn.

Ħdejn id-daħla tal-għar instagħbu roti u żraben tal-football, iżda t-tfal għadhom ma jidhru mkien.