Tfal minn 11-il sena ‘l fuq jitħarrġu fit-Tenpin Bowling

Ta' kull nhar ta' Sibt filgħodu, tfal minn 11-il sena 'l fuq qed ikollhom l-opportunità li jipprattikaw it-ten pin bowling permezz tal-programm tax-xitwa #OnTheMove organizzat minn SportMalta bil-kollaborazzjoni ta' Kellogg's.
Kull sessjoni ta’ #OnTheMove, tfittex li ssaħħaħ it-teknika tal-parteċipanti li jkunu qed jitħarrġu taħt il-gwida tal-kowċis tagħhom.
Din it-teknika tinkludi serje ta’ numru ta’ livelli  li jgħallmu lill-parteċipanti l-qagħda korretta, il-bilanċ, u l-konċentrazzjoni sħiha fuq il-mira, qabel ma l-boċċa tintefa' tul il-korsija.
B’mod regolari, isiru wkoll logħob bejn it-timijiet sabiex il-plejers li jkollhom potenzjal f’dan l-isport ikunu mħeġġa jissieħbu mal-Malta Ten-pin Bowling Association (MTBA) biex jitħarrġu fuq livell nazzjonali.
Il-Head Coach tal-programm tax-xitwa, Liliana Spiteri spjegat li filwaqt li l-bowling itejjeb l-attività fiżika tal-parteċipanti żgħażagħ, jgħinhom ukoll biex isiru aktar attenti u ffokati.