Tfal l-ikbar vittmi f’għarqa oħra barra l-Greċja

L-għarqiet ’il barra mill-Greċja qed isiru aħbar ta’ kuljum.
Wara l-għarqa ta’ mill-inqas tifel fost sitt immigranti li tilfu ħajjithom ilbieraħ, anke dalgħodu nstabu 12-il katavru ieħor, 8 minnhom tfal.
Wara d-dikjarazzjoni tal-Iżvezja, li se tkeċċi 80,000 immigrant, issa l-Maċedonja għalqet il-fruntiera tagħha mal-Greċja u hu stmat li hemm mal-2,600 immigrant li spiċċaw imwaħħla fil-Greċja meta riedu jaqsmu għall-pajjiż li jmiss.
Anke l-ġimgħa li għaddiet, il-Maċedonja għalqet għal xi ħin il-fruntiera biex tikkontrolla l-fluss ta’ immigranti lejn il-pajjiżi Balkani.