Tfal jintefgħu għal isfel minn 2 sulari għoli

Mijiet ta’ tfal li għadhom kemm telqu jimxu ntefgħu minn żewġ sulari għoli filwaqt li n-nies preżenti sempliċiemt ħarsu u ferħu.

Din hija parti minn ritwal Indjan għal tfal ċkejknin li jkunu għadhom kemm telqu jimxu. Dan isir bil-għan li tiġi assigurata xorti tajba u saħħa għall-familji tagħhom. F’dan ir-ritwal it-trabi jintlaqgħu permezz ta’ liżar.