Tfal jiġbru l-flus biex dawk bla dawl jaqraw ukoll

Il-Qaritona Nazzjonali hija ċelebrazzjoni ta’ inklużjoni, fejn studenti minn skejjel differenti għenu biex jinġabru l-flus biex tfal u żgħażagħ neqsin mid-dawl jingħataw apparat teknoloġiku biex huma wkoll ikunu jistgħu jaqraw bħat-tfal l-oħra.

Waqt iċ-ċerimonja f’għeluq l-ewwel Qaritona Nazzjonali, l-President ta’ Malta qalet li hemm bżonn li ngħixu f’soċjetà li tinkludi u li tgħin lil kull min hu fil-bżonn.

Il-President irringrazzjat  lil Samuel Farrugia u lil Karl Abela li huma ż-żewġ ambaxxaturi tal-Qaritona Nazzjonali għall-ispirazzjoni li jagħtuha.