Tfal jaqraw kotba lill-klieb

Tfal fl-Istat ta’ Missouri fl-Istati Uniti qed imorru fis-santwarji tal-klieb biexiferrħuhom waqt li jaqrawlhom. L-idea hi tal-Humane Society of Missouri li fassal il-programm Shelter Buddies Reading għal dawk ta’ bejn is-6 u l-15-il sena.

Il-klieb li jkunu f’dawn is-santwarji bosta drabi jkunu mdejqin għax ikunu nieqsa mir-relazzjoni tagħhom man-nies. Xi wħud minnhom anki jkunu batew taħt idejhom u għalhekk ma jkunux jafdawhom.

Meta issa t-tfal jgħaddu l-ħin mal-klieb bis-saħħa tal-qari jkunu qed jgħinu lill-annimali jtejbu r-relazzjoni tagħhom man-nies u jiksbu lura l-fiduċja mal-istess nies. Barra minn hekk it-tfa itejbu l-ħiliet tagħhom fil-qari u b’hekk jibdew jaqraw b’tali mod li jintogħġbu minn min jismagħhom.

Il-programm tal-qari mal-klieb beda f’Diċembru u r-riżultati miksuba huma tassew impressjonanti. Xi klieb ikunu jistennew bil-ħerqa lit-tfal u ma jiċċaqilqux minn ħdejhom waqt il-qari.