Tfal immigranti f’Lesbos jgħidu li jixtiequ jmutu

AFP

Tfal immigranti li jinsabu f’kamp tar-refuġjati f’Lesbos fil-Greċja qed jgħidu li jixtiequ jmutu, u saħansitra qegħdin iweġġgħu lilhom infushom.

Dan ġie rrappurtat mill-ġurnal BBC, li żar il-kamp u tkellem ma’ dawk li jieħdu ħsieb it-tfal. Fil-kamp hemm madwar 18,000 persuna, mentri dan kien maħsub għal 2,000 persuna biss. Jidher illi fil-kamp m’hemmx l-infermiera meħtieġa biex jieħdu ħsieb min joqgħod hemmhekk, u lanqas ma hemm biżżejjed ikel.

In-numru ta’ tfal li qed iweġġgħu lilhom infushom u jippruvaw iwettqu suwiċidju qiegħed jikber iżjed ma jmur. L-iżgħar fosthom għandhom erba’ snin biss. Psikologi li tkellmu mal-BBC qalu li ta’ sikwit jaraw tfal iħabbtu rashom mal-ħajt u jqattgħu xagħarhom. Dawk li għandhom 12-il sena jew iżjed iweġġgħu lilhom infushom billi jaqtgħu jdejhom.

F’dawn l-aħħar xhur, żdiedu l-familji li qegħdin jaħarbu l-gwerra u li jippruvaw isibu refuġju f’dan il-kamp.