Tfal Għawdxin iħarsu l-ambjent mal-ERRC

‘EcoRangers’ huwa proġett organizzat mill-Emergency Response & Rescue Corps (ERRC) dwar il-protezzjoni tal-ambjent sostenibbli filwaqt li t-tfal ikunu aktar konxji ta’ kwistjonijiet li jaffetwaw l-ambjent, speċjalment ir-rimi ta’ skart u skart fil-baħar.

Il-proġett, li huwa iffinanzjat permezz tal-iskema ta’ Appoġġ għall- Finanzjament Ambjentali fil-Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Bidla Klimatika (MESDC), kellu l-għan li jiżviluppa sens ta’ għarfien u esperjenza dwar il-ħarsien u l-konservazzjoni tal-ambjent fost it-tfal.

ERRC ipparteċipaw fi clean-ups taħt l-ilma, f’żoni ħodor, u fit-tarf ta’ l-irdum madwar Għawdex biex jippromwovu t-temi prinċipali tal-proġett.

L-attivitajiet saru matul l-ewwel sitt xhur tal-2018 u issa ġew fi tmiemhom b’suċċess hekk kif tfal li jattendu Skola Sajf madwar l-iskejjel primarji f’Għawdex attendew taħdidiet edukattivi dwar Kuxjenza Ambjentali u inataw riżorsi edukattivi u logħob biex ikomplu jsaħħu t-temi ewlenin ta’ dan il-proġett.