Tfal Għawdxin iduqu l-ħajja fir-razzett

Tfal Għawdxin kellhom l-opportunità li jduqu ftit il-ħajja f’razzett tipiku Malti.
Dan bħala parti mill-programm Talent+ imtella’ mill-Klabb tal-futbol Kerċem Ajax li jinkorpora fih sport, drama u arti.
Tfal oħra qed jieħdu sehem fl-attività Sports on the Move fiċ-Ċentru Sportiv ta’ Għawdex. . L-għan ta’ dan il-proġett hu li l-parteċipanti jingħataw taħriġ f’diversi dixxiplini sportivi.
Il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana żaret dawn iż-żewġ inizjattivi. Filwaqt li faħħret il-proġetti, qalet li inizjattivi bħal dawn irawmu fit-tfal “valuri b’saħħithom ta’ inklużjoni, ugwaljanza u solidarjetà”.
Ritratti: MGOZ