Tfal f’riskju minħabba ġlied fil-Mali

It-tfal fil-Mali huma l-akbar vittmi tal-ġlied u l-vjolenza

Rapport tal-Aġenzija tan-Nazzjonijiet Uniti għat-Tfal (UNICEF) juri ż-żjieda drammatika fin-numru ta’ tfal maqtula, immankati jew maqbuda bħala ġellieda minn gruppi armati. For-Republika tal-Mali.

Din it-traġedja bbdiet fl-2012 wara kolp militari li neħħa mill-poter lill-President tal-pajjiż, Amadou Tourè.

Minn dakinhar ‘l hawn, l-affarijiet marru mill-ħażin għall-agħar. Il-forzi armati u gruppi etniċi armati, b’mod regolari, jattakkaw bliet u rħula u nies ċivili, ħafna minnhom tfal, jinqabdu f’dan il-ġlied kontinwu.

Fatti u figuri

Fl-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena inqatlu aktar minn 150 tifel u tifla.  Dan hu d-doppju ta’ dawk li nqatlu matul l-2018 kollha. Ħafna oħrajn sfaw midruba, jew orfni filwaqt li oħrajn jinġabru bil-forza biex iservu f’diversi gruppi armati.

Skont l-UNICEF kważi 400,000 tifel u tifla fil-Mali għandhom bżonn għajnuna urġenti. Filwaqt li qed ikompli l-ġlied, it-tfal jispiċċaw mifruda mill-familji tagħhom u jkunu esposti għal kull tip ta’ vjolenza u b’riżultat ta’ dan isofru minn twawmi psikologiċi kbar.

Nixfa kbira fil-pajjiż li ġiebet magħha kriżi ta’ ikel wasslet biex numru akbar ta’ tfal qed isofru minn nuqqas ta’ ikel.

Kważi 70% tal-poplu tal-Mali hu fl-età taħt il-25 sena. Ħafna mill-iskejjel fil-pajjiż huma magħluqa minħabba l-kunflitt u allura, kważi 200,000 tfal u żgħażagħ m’għandhomx aċċess għal edukazzjoni bażika.

Sforzi għal għajnuna

L-UNICEF qed taħdem mal-awtoritajiet lokali u msieħba oħra u qed tagħmel li tista’ biex toffri għajnuna medika u psikoloġika u qed tgħin tfal li qabel kienu reklutati bħala suldati biex jerġgħu jintegraw fis-soċjetà u fejn hu possibbli terġa’ tgħaqqadhom mal-familji tagħhom.

Skont l-istess aġenzija tan-Nazzjonijiet Uniti, sfortunatament l-operazzjonijiet ta’ għajnuna għall-poplu tal-Mali huma l-anqas li jsibu għajnuna ekonomika li jsibu appoġġ finanzjarju fid-dinja.