Tfal f’istitut u refuġjati megħjuna minn kumpanija legali

Il-Fondazzjoni Claris, waqt iċ-ċerimonja tad-donazzjoni annwali, ippreżentat fondi għal numru ta’ benefiċjarji filantropiċi. Din is-sena, il-fondazzjoni ddedikat parti sostanzjali mill-fondi tagħha għall-bini ta’ post fejn jilagħbu t-tfal  f’istitut immexxi mill-Ursolini.
Din il-fondazzjoni hija l-id karitattiva tal-kumpanija legali Chetcuti Cauchi Advocates.
L-istess fondazzjoni tagħt l-għajnuna neċessarja  wkoll biex studenta tkun tista tagħmel l-eżamijiet ta’ livell Ordinarju u tkompli tistudja.
Ipprovidet ukoll sapport lil Jesuit Refugee Services Integration Programme, billi pprovdiet għajnuna u tagħlim lil erba’ tfal refuġjati.
Is-Segretarju Parlamentari għar-Riformi,  Julia Farrugia Portelli, kienet preżenti għal din iċ-ċerimonja. Farrugia faħħret ix-xogħol tal-fondazzjoni, u saħqet li l-valuri ta’ empatija u komnpassjoni jħallu effett li jdum fuq dawk tal-madwar u għandhom jiġu l-aktar minn dawk li għandhom il-privileġġ li jistgħu jagħtu din it-tip ta’ għajnuna.
Il-Fondazzjoni Claris wettqet proġetti oħra fi snin oħra, bħal restawr ta’ partijiet minn  Dar Santa Rita, rikostruzzjoni ta’ dar ta’ familja ġewwa l-Albanija.