Tfal f’avventura mal-Qaddisin

Tfal mill-Kids for Jesus Club fi ħdan il-Moviment Kerŷgma marru jħabbtu l-bibien tan-nies biex jgħidulhom storja żgħira fuq xi Qaddis u jitolbu l-barka tiegħu.
Din l-attività Barka u Talba saret fil-Jum tal-Qaddisin kollha.
L-attivitajiet bdew filgħodu b’party għat-tfal li fih żaru seba’ stazzjonijiet.
F’kull stazzjon it-tfal kellhom storja qasira fuq xi qaddis u wara kellhom logħba li kienet marbuta mal-ħajja ta’ dak il-qaddis.
Kull min xtaq ta donazzjoni li dawn it-tfal, biex jagħtuhom lil tfal oħra inqas ixxurtjati minnhom.
Kull min jixtieq jingħaqad mal-grupp jew isir jaf aktar dwar l-attivitajiet jista’ jċempel lil Bernice fuq 99804553.