Filmat: Tfal evakwati minn skola minħabba nirien fil-qrib

Għadd ta’ tfal ġew evakwati mill-iskola ta’ San Mikiel f’Pembroke minħabba li kien hemm nirien fil-qrib.

Kelliema għall-Pulizija kkonfermat ma’ Newsbook.com.mt li kien hemm evakwazzjoni. Ħadd ma’ weġġa’ fl-inċident.

Minn informazzjoni li ġabar minn fuq il-post Newsbook.com.mt, jidher li qabad xi ħaxix. In-nar kompla jinxtered u karozza ħadet in-nar ukoll. Id-dħaħen suwed setgħu jintlemħu mill-bogħod.

First response

Posted by Joe Cacciottolo on Wednesday, August 7, 2019

Hemm mill-inqas 5 fire-engines fuq il-post.

Posted by Joe Cacciottolo on Wednesday, August 7, 2019

Dan l-inċident seħħ wara li lbieraħ f’Pembroke intelmħu dħaħen ħdejn il-kwartieri tas-suldati.

Ritratti: Pumpiera jissieltu man-nar f’Pembroke